Sena wara l-InÄ‹ident f’Paceville: Is-Sigurtà Żdiedet?

Bħal daż-żmien sena wieħed mill-postijiet favoriti tagħna ż-żgħażagħ kien fuq fomm il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Kien għadu kemm seħħ inÄ‹ident li ħasad mhux biss lilna ż-żgħażagħ iżda lill-poplu kollu. Malta xegħlet bi traÄ¡edja li seħħet Ä¡ewwa Paceville, fejn b’xorti tajba ma baqa’ ħadd tal-post.

Għadni niftakar Ä‹ar daqs il-kristall, li ftit tas-siegħat qabel kienu għadhom kemm saru l-attakki mill-ISIS  Ä¡ewwa l-belt ta’ PariÄ¡i fi Franza, u nistgħu nimmaÄ¡inaw kif kulħadd kien ixxukjat b’ dak li kien qiegħed jiÄ¡ri fid-dinja tal-madwar. Saħansitra anke ħafna minnha kienu bidlu l-’profile picture’ tagħhom fuq facebook biex juru solidarjetà  mal-vittmi u l-qraba Francizi.

Imma f’Malta kienet saret traÄ¡edja differenti u bħalma jiÄ¡ri dejjem wara li tkun Ä¡rat it-traÄ¡edja, kulħadd għaref. Smajna diversi kummenti u opinjonijiet fuq is-siti soÄ‹jali, fejn bħas-soltu kulħadd irid  jgħid x’jaf. Min jiskuża lil dik u l’oħra, min jgħid kontra l-liÄ¡ijiet , insomma ma nafx x’ ma ntqalx. Personalment, laqatni ferm il-kumment li kien esprima Dr. Andrew Azzopardi, fejn fuq il-paÄ¡na personali tiegħu fuq Facebook kien qal;

“L-incident li Ä¡ara l-Plusone mhux marbut mal-fatt li kien hemm tfal taħt l-eta’…dik hija issue oħra u serja immens…setgħu kollha kienu ta’ 25 sena, il-poÄ¡Ä¡aman xorta kien iÄ‹edi…l-issue ta’ sbieh il-Ħadd hija marbuta ma’ issues ta’ nuqqas ta’ sigurta’ u elf issue oħra…”

Minn dakinhar, għaddiet sena; it-traÄ¡edja li seħħet donnu mietet fuq ruħ ommha,  u din il-problema ta’ nuqqas  ta’ sigurtà  għada ma ssolvietx  sal-Ä¡urnata tal-lum. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn kif ikunu imburÄ¡ati bin-nies Ä‹ertu stabbilimenti fi tmiem il-Ä¡imgħa, u jieqaf ftit u jÄ¡ib quddiem għajnejh l-inÄ‹ident ta’ bħal-lum sena, żgur mhux forsi jiddeÄ‹iedi li ma jidħolx f’dawn il-postijiet.

ÄŠertu stabbilimenti ikunu ippakkjati bin-nies u biex timxi minn post għall-ieħor fl-istess stabbiliment tistħajlek qiegħed fit-traffiku ta’ kuljum int u  sejjer l-iskola jew inkella x-xogħol! Ma rridx ngħid li dan mhux sinjal sabiħ u tajjeb imma  x’jiÄ¡ri jekk Alla ħares qatt terÄ¡a tinqala xi traÄ¡edja oħra f’ xi wieħed minn dawn l-istabbilimenti?

Finalment, mingħajr aktar telf ta’ żmien, wasal il-mument  li naħsbu tassew f’ soluzzjonijiet f’ każ  ta’ emerÄ¡enza Ä¡ewwa l-post li jattira numru kbir ta’ żgħażagħ Maltin kif ukoll barranin.

Darba konna ffurtunati u ħlisniha mingħajr imwiet. Imma  darb’ oħra? Neħilsuha ukoll ?!  

Facebook Comments
About Raoul Briffa 4 Articles
I am an 18 year old, currently reading a course in Youth and Community at the University of Malta. I made this choice mainly because I have a passion for helping out in the Community. In fact, I am an active citizen in my society through helping with the organisation and work involved during the village feast period. I also love drama and theatre and participate in various plays.