Bħal daż-żmien sena wieħed mill-postijiet favoriti tagħna ż-żgħażagħ kien fuq fomm il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Kien għadu kemm seħħ inÄ‹ident li ħasad mhux biss lilna ż-żgħażagħ iżda lill-poplu kollu. Malta xegħlet bi traÄ¡edja li seħħet Ä¡ewwa Paceville, fejn b’xorti tajba ma baqa’ ħadd tal-post.
Għadni niftakar Ä‹ar daqs il-kristall, li ftit tas-siegħat qabel kienu għadhom kemm saru l-attakki mill-ISIS Ä¡ewwa l-belt ta’ PariÄ¡i fi Franza, u nistgħu nimmaÄ¡inaw kif kulħadd kien ixxukjat b’ dak li kien qiegħed jiÄ¡ri fid-dinja tal-madwar. Saħansitra anke ħafna minnha kienu bidlu l-’profile picture’ tagħhom fuq facebook biex juru solidarjetà mal-vittmi u l-qraba Francizi.
Imma f’Malta kienet saret traÄ¡edja differenti u bħalma jiÄ¡ri dejjem wara li tkun Ä¡rat it-traÄ¡edja, kulħadd għaref. Smajna diversi kummenti u opinjonijiet fuq is-siti soÄ‹jali, fejn bħas-soltu kulħadd irid jgħid x’jaf. Min jiskuża lil dik u l’oħra, min jgħid kontra l-liÄ¡ijiet , insomma ma nafx x’ ma ntqalx. Personalment, laqatni ferm il-kumment li kien esprima Dr. Andrew Azzopardi, fejn fuq il-paÄ¡na personali tiegħu fuq Facebook kien qal;
“L-incident li Ä¡ara l-Plusone mhux marbut mal-fatt li kien hemm tfal taħt l-eta’…dik hija issue oħra u serja immens…setgħu kollha kienu ta’ 25 sena, il-poÄ¡Ä¡aman xorta kien iÄ‹edi…l-issue ta’ sbieh il-Ħadd hija marbuta ma’ issues ta’ nuqqas ta’ sigurta’ u elf issue oħra…”
Minn dakinhar, għaddiet sena; it-traÄ¡edja li seħħet donnu mietet fuq ruħ ommha, u din il-problema ta’ nuqqas ta’ sigurtà għada ma ssolvietx sal-Ä¡urnata tal-lum. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn kif ikunu imburÄ¡ati bin-nies Ä‹ertu stabbilimenti fi tmiem il-Ä¡imgħa, u jieqaf ftit u jÄ¡ib quddiem għajnejh l-inÄ‹ident ta’ bħal-lum sena, żgur mhux forsi jiddeÄ‹iedi li ma jidħolx f’dawn il-postijiet.
ÄŠertu stabbilimenti ikunu ippakkjati bin-nies u biex timxi minn post għall-ieħor fl-istess stabbiliment tistħajlek qiegħed fit-traffiku ta’ kuljum int u sejjer l-iskola jew inkella x-xogħol! Ma rridx ngħid li dan mhux sinjal sabiħ u tajjeb imma x’jiÄ¡ri jekk Alla ħares qatt terÄ¡a tinqala xi traÄ¡edja oħra f’ xi wieħed minn dawn l-istabbilimenti?
Finalment, mingħajr aktar telf ta’ żmien, wasal il-mument li naħsbu tassew f’ soluzzjonijiet f’ każ ta’ emerÄ¡enza Ä¡ewwa l-post li jattira numru kbir ta’ żgħażagħ Maltin kif ukoll barranin.
Darba konna ffurtunati u ħlisniha mingħajr imwiet. Imma darb’ oħra? Neħilsuha ukoll ?!