Sejħa għall-kitbiet f’Leħen il-Malti

Il-Bord Editorjali ta’  Leħen il-Malti  qed jaċċetta kitbiet bil-Malti għall-ħarġa li jmiss — is-36 ħarġa. Għal din il-ħarġa l-Bord qed jaċċetta poeżiji, novelli u kitbiet akkademiċi ta’ natura lingwistika, kritika u kulturali. Il-kontributuri jistgħu jibagħtu massimu ta’ 3 kitbiet oriġinali, li jridu jaslu lil  ghaqdatalmalti@gmail.com  jew bil-posta sat-13 ta’ Jannar 2017.

L-Editur Ġenerali ta’ din il-ħarġa hija Leanne Ellul, il-President tal-Għaqda. Il-membri tal-Bord Editorjali huma Theresa Abdilla, Beverly Agius, David Aloisio, Keith Attard Clare Azzopardi, Dorianne Bonello, Dorianne Bartolo, Luke Galea u Ann Marie Schembri.

Kull min jixtieq aktar dettalji jista’ jsib l-attivitaÌ€ fuq Facebook:  www.facebook.com/events/1613185352318460, jew jikteb lill-Bord fuq l-istess indirizz elettroniku.

Leħen il-Malti  hija r-rivista tal-Għaqda tal-Malti li ilha toħroġ mill-1931. Ħarġa 35 ġiet imnedija ftit tal-ġranet ilu waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u tinkludi xogħlijiet ta’ Theresa Abdilla, Beverly Agius, Celine Agius, Daniel Aquilina, Joe Axiaq, Clare Azzopardi, Kit Azzopardi, Charles Bezzina, John Bonello, Ġorġ Borg, Olivia Borg, Charles Briffa, Matthew Calleja, Joe Camilleri, Elena Cardona, Priscilla Cassar, Carmel G. Cauchi, Mary Chetcuti, Dwayne Ellul, Reno Fenech, Joanne Gauci, Maria Grech Ganado, Sergio Grech, Carlston Grima, Kenneth Grima, Sandra Hili Vassallo, Naomi Mercieca, Nadia Mifsud, Antonio Olivari, John P. Portelli, Matteo Pullicino, Rita Saliba, Matthew Schembri, Michael Spagnol, Anna T. Szabó, Noel Tanti u Joseph Vella.  

Facebook Comments