Wara li l-istudenti tal-MCAST kellhom iÄ‹-Ä‹ans sabiex jivvutaw għall-kandidati, beda l-għadd tal-voti li nÄ¡abru minn din l-elezzjoni.
Madanakollu, ftit tal-minuti ilu, l-President tal-SDM (Studenti Demokristjani Maltin) Ian Zahra, esprima fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, li l-SDM ma tistax taÄ‹Ä‹etta li l-andament tal-att tal-voti jkompli għaddej.
Skont Zahra, instabu 44 vot li huma ’unaccounted for’, 3 kaxxi tal-voti bla reÄ¡istru, kif ukoll kaxxa li twasslet fil-post tal-għadd tal-voti miftuħa.
Fl-opinjoni tal-SDM, dawn l-irregolaritajiet jikkreaw inÄ¡ustizzji u diżrispett lejn l-idea ta’ elezzjoni demokratika, f’pajjiż demokratiku.
Facebook Comments