Nixtieq minn hawn nistqarr li ma nhoss ebda soghba jew dispjacir ghal putiferju li nqala wara l-kumment volontarjament vulgari, hamallu u ezagerat li ktibt is-Sibt li ghadda fuq il-pagna personali tieghi. Pagna li ghalija nirrispondi jien u jien biss — ghal kuntrarju ta pagni ohrajn li ghandhom il-beneficcju ta’ gemellagg medjatiku u politiku ferm influwenti u nghiduha kif inhi…..perikoluz.
Jekk wiehed isegwi t-tragitt artistiku tieghi – umli kemm umli, pero xorta ferm izjed influwenti minn dak ta bosta individwi minghajr talent li llum sabu ix-xoqqa f’moxtha biex minghalihom jiehdu s-sodisfazzjoni taghhom — wiehed jinnota li l-marka li halliet il-muzika li jipproducu l-"Brikkuni’ mhix dovuta biss ghal kanzunetti li niktbu izda wkoll ghal certu etos politiku li dejjem investejna fil-progett. Ghad dissidenza li tant hija nieqsa fil-panorama artistiku lokali. L-istess dissidenza li tant gibditni lejn il-kantawturi favoriti tieghi, li spiss u bi pjacir kbir offendew lil antagonisti politici/muzikali taghhom. Kantawturi li kienu kapaci jalternaw bejn l-eleganza tal-poezija pura u l-hruxija ta’lingwagg tat-triq minghajr kantunieri. Bosta jahsbu (u jistghu ibusuli l-warrani f’ dan ir-rigward) li din il-pretensjoni tieghi taghmilni wiehed mill-ikbar purcinelli li qatt ipproduciet il-muzika lokali. Jista jaghti l-kaz li ghandom ragun ukoll. Madankollu kont inkun purcinell ferm ikbar li kelli nonqos mil-lealta tieghi lejn l-ispirtu anarkiku li jirrapprezenta l-Brikkuni.
Nghaddi issa ghal kumment li ktibt nhar is-Sibt. Nerga naghmilha cara li ma jienx dispjacut ghal dak li harbixt. Jien dispjacut biss ghal min ma jaghrafx li dawn l-attivitajiet ta beneficjenza ma huma xejn ghajr ezercizzju ta’ awto-promozzjoni ntizi biex jonfhu l-pruzunzjoni tal-politici (u spiss anke celebritajiet ohra) lokali. Dan intennih proprju jien li diga jien konsapevoli li minn hawn u ftit snin ohra ser ikolli nhabbat wicci ma sitwazzjoni difficli frott kundizzjoni medika kronika li nbati minnha. U nghidha minghajr tlaqliq ta xejn. La tasal il-gurnata, kemm il-darba tasal, nippreferi li Alla jehodni milli ntaptap fuq dahar dawn il-bahahhi li jisfruttaw il-mizerja ta haddiehor sabiex jirbhu l-grazzja tal-pubbliku. Innutajt ukoll li xi hadd ried jghaddini b’sessist frott referenzi li ghamilt ghal organi genital. Din l-akkuza nistqarr li ma fhimtiex sew. Kieku rreferejt ghal organi maskili (bhal ma spiss ghamilt fil-passat) kont nohrog ta sessist ukoll? Jew hija l-kovenjenza li tiddetta l-akkuzi? Jekk minn indirizzali dawn l-akkuzi ghandu ghal qalbu l-moviment Femminista nahseb ahjar jibda jhokk rasu u jipprova jifhem ghaliex l-esponenti awtorevoli femminili fi hdan il-Partit Progressiv (bl-eskluzjoni ta xi vuci solitarja) qieghdin idumu jahsbuha tant biex jimmilitaw ghal kawzi ohra ferm izjed importanti – bhal lnghidu ahna l-"morning after pill’ u l-abort. Forsi jkun ahjar kieku Michelle tibda titfa z-zewg centezmi taghha f’dan ir-rigward milli toqghod tilghabha tal-First Lady Sofistikata temula l-passi ta’ min is-sofistikazzjoni ma xtrahiex minghand zewgu. Mhux ghax jinteressani wisq fis-sofistikazzjoni. Imma ladarba qam l-argument tajjeb li nsemmuha wkoll.
Nixtieq nghid li huwa nkredibbli kif waqt l il-pajjiz huwa mgharraq fi sfruttament ambjentali u pataflun skandli politici, hija proprju rasi li qieghdha tigi mitluba fuq platt. Rasi tistghu tippruvaw tehduha kemm tridu…….imma ma jienx ser naghtijielkom bl-irhis.
Naghlaq billi nirringrazzja lil-Glen Bedingfield u One TV tar-ritratti li ghazlu ghas servizzi rispettivi taghhom. Bhalissa nzertajt single u ninsab cert li dawk ir-ritratti ser ikunu ta beneficcju kbir ghalija.
U bilhaqq……Farsons jistghu ibusuli sormi wkoll. Ilna ghaxar snin ghaddejjin minghajrhom u mhux ser taqa d-dinja jekk inkomplu kif konna ghaddejjin. Lanqas li kellu jisfaxxa l-grupp ma jien ser ninkedd wisq. Il-konsistenza ma tinxtarax b’dan nejk.