Rabja u Diżappunt fost numru ta’ Studenti tal-Ewwel Sena fl-Universita’

Hekk kif kien ser jingħata bidu ghat- tieni semestru tas-sena skolastika l-istudenti tal-ewwel sena gew mgħarfa li minbarra l-lectures li jkollhom kuljum, ser jiżdidilom programm tat-tagħlim tal-Ingliż.

“English Communicative Aptitude Programme” , kif inhu msemmi dan il-programm, ser ikun fit-timetable tal-istudenti darba fil-Ä¡imgħa, b’hin ta’ sagħtejn kull darba. Dan il-programm huwa immirat biex jigi mtejjeb il-livell tal-Ingliż fost l-istudenti, biex dan jgħinhom fl-istudji taghhom kif ukoll ghall-futur tagħhom. Personalment naqbel ferm li t-tagħlim tal-Ingliz għandu jingħata importanza kbira hekk kif il-lingwa Ingliza hija wahda mill-lingwi ufficjali ta’ pajjizna u mhux biss, tgħaqqadna ma’ ħafna pajjizi madwar id-dinja.   Huwa fatt li hafna studenti qed ibatu fil- lingwa Ingliża, kemm biex jiktbu kif ukoll biex jesprimu ruħhom, u għalhekk dan il-programm ser iservi ta’ għajnuna kbira għal dawn l-istudenti.

Punt li xtaqt inqajjem huwa li l-istudenti ma kellhomx l-iÄ‹ken ideja dwar dan il-programm, la fil-bidu tal-ewwel semestru u lanqas qabel dahlu l-Universita’ biex jibdew l-istudji tagħhom. Għalfejn l-istudenti gew mgħarfa issa li jridu jattendu dan il-programm ?

Huwa veru li huwa ta tħassib il-livell tal-Ingliz fost l-istudenti tal-Universita’   izda dan ma jfissirx li dan huwa tort tagħhom biss.   Kien ikun ferm aħjar li kieku lingwa Ingliża baqgħet tigi mgħallma   fil-livell post-sekondarju milli instabet soluzzjoni ta’ malajr minn lejl għal nhar u dan il-programm sar obligtorju ghal-istudenti tal-ewwel sena.   Jider biÄ‹-Ä‹ar li jista’ jkun hemm nuqqas ta’ pjanijiet meta ttiehdet din id-decizjoni u biż-żieda ta’ dan il-programm ma jfissirx li ser tissolva l-problema.

Huwa wkoll ta’ diżżapunt kbir għal ħafna studenti li gabu l-ezami tal- Ingliż kemm f’ livell Avvanzat kif ukoll f’ livell Intermedju D jew E u xorta ser ikollhom jagħmlu dan il-programm.  

Personalment għalkemm naqbel ferm li ghandu jitjieb il-livell tal-Ingliz fost l-istudenti, seta għallinqas   dan il-programm nbeda fil-bidu tas-sena u mhux f’ nofs is-sena għax xi ftit jew wisq issa ha jkun jidher ftit zejjed.

Facebook Comments
About Raoul Briffa 4 Articles
I am an 18 year old, currently reading a course in Youth and Community at the University of Malta. I made this choice mainly because I have a passion for helping out in the Community. In fact, I am an active citizen in my society through helping with the organisation and work involved during the village feast period. I also love drama and theatre and participate in various plays.