Aktar kmieni illum, Pulse, f’kollaborazzjoni mal-UffiÄ‹ju tal-President, spjegaw permezz ta’ Press Conference diversi proposti li jistgħu itejbu s-sitwazzjoni tal-immigranti filwaqt li jinkludu wkoll lill-istudenti.
Pulse pproponew madwar 27 paÄ¡na f’rapport dettaljat dwar modi li bihom Malta kellha impatt fuq policy making li jikkonÄ‹ernaw il-problema tal-immigrazzjoni, li taffettwa lill-pajjiżna daqskemm lill-pajjiżi Ewropej oħrajn. Dan ir-rapport Ä¡ie ffirmat mill-President ta’ Malta stess wara li saret il-preżentazzjoni.
Julian Guillaumier, is-Segretarju Ä enerali tal-Pulse, tkellem magħna u saħaq li “bħala sforz kollettiv studentesk iddeÄ‹idejna li nindirizzaw il-problema tal-immigrazzjoni li tista’ tgħid qiegħda fuq l-aÄ¡enda ta’ kull istituzzjoni internazzjonali.”
Huwa kompla jgħid li “fir-rapport li tħejja tul l-aħħar sentejn mill-uffiÄ‹ju tal-KE u KPS, li ma nistax ma nirringrazzjahomx tax-xogħol denju tagħhom, insibu diversi proposti fosthom ’detention centres’ li jipprovdu kwalita’ ta’ ħajja ħafna aħjar milli teżisti bħalissa.”
Guillaumier spjega kif il-Pulse qed tipproponi li l-Gvern jimxi fuq il-passi tal-Ä ermanja u Franza f’dan il-qasam. Huwa żied li proposta oħra hi dik li “Malta tospita’ l-Valletta Youth Summit fejn dak li Ä¡ie maqbul sentejn ilu fil-Valletta Summit, jiÄ¡i diskuss ukoll minna l-istudenti li Ä¡ejjin minn Membri Stati Ewropej kif ukoll Afrikani li bla dubju kienu parti integrali mid-diskussjoni fl-2015.”