Li Jixraq Lilek – SDM għall-Elezzjonijiet tal-KSU 2018

Wara li fil-11:00, l-għaqda Studenti Demokristjani Maltin, ħabbret it-tim ta’ kandidati li ser jikkontestaw f’isem l-SDM fl-elezzjonijiet tal-KSU, din hi Press Release minn SDM stess bid-dettalji ta’ dak li sar fil-‘Launch’, li hemm pjanat għall-elezzjoni, il-viżjoni tat-tim u fuq kollox lista tal-kandidati. 

“Ninsabu kburin li aktar kmieni llum, nedejna l-kampanja tagħna għal din is-sena, ‘Li Jixraq Lilek’. 

Matul is-snin, l-SDM dejjem kienet hemm għall-istudenti fi kwalunkwe sitwazzjoni. Dejjem ħassejna ir-responsabbilita’ li nippreżentaw team ta’ Kandidati, b’taħlita ta’ esperjenza u demm ġdid, biex jirrapreżenta bl-aħjar mod lill-istudenti Universitarji. 

Bil-Pass li Jmiss, l-SDM fil-KSU introduċiet diversi inizzjattivi għal benefiċċju ta’ kulħadd. Inizzjattivi fuq carpooling, li forsi ma tantx kienu popolari għall-ewwel, kienu pass importanti biex inkunu aħna, l-istudenti, il-bidla li hemm bżonn isir. Iktar minn 60 Elf Ewro investiti fina l-istudenti, maqsumin f’Opportunitajiet Internazzjonali, Fond għall-għaqdiet, Fond għal Sport u Kultura u Investiment qawwi fit-trasport u l-mobilita’. Dan apparti x-xogħol preċidenti li komplejna nibnu fuqhom, speċjalment fejn tidħol Night Time Study Area u Extended Library Hours li għal bidu deheru impossibli, imma llum il-ġurnata huma parti importanti mill-inizzjattivi tal-KSU.

Din is-sena, b’team immexxi minn Carla Galea, li okkupat il-kariga ta’ Segretarja Ġenerali matul l-aħħar terminu, aħna lesti biex inkomplu nagħtu l-istudent, dak li jixraqlu. B’team li ġej minn kull sfera tal-Universita’, aħna lesti nużaw id-differenzi ta’ bejnietna bħala opportunita’ biex inkunu ta’ rappreżentanza denja għal kulħadd. It-team se jkun kompost minn; 

Carla Galea; Studenta tal-Liġi, Għawdxija, li okkupat il-kariga ta’ Segretarja Ġenerali tal-KSU.

Matthew John Dougall; Student tal-Masters f’Marketing, li jokkupa kariga fl-ASCS.

Karin Cassar; Studenta tal-Psikoloġija u tokkupa kariga fil-Betapsi.

Naomi Attard; Studenta gradwata mil-Faculty of Health Sciences u tokkupa kariga fl-MHSA.

Luke Abela; Student tal-Mediċina, li ukoll okkupa kariga fil-KSU matul l-aħħar sena. 

William Farrugia; Student tal-Liġi u jokkupa kariga fl-Eżekuttiv tal-SDM. 

Clint Vassallo; Student tal-Engineering, u jokkupa kariga fil-UESA. 

Chris Aquilina; Student tal-Liġi u jokkupa kariga f’JEF Malta.

Celine Bartolo; Studenta tal-Ekonomija, waħda mill-ko-ordinaturi ta’ Students Fest u tokkupa kariga fil-University Sports Club, u University Wolves. 

Joseph Farrugia; Student tal-Arkitettura u kien jokkupa karigi fis-SACES. 

Eman Haber; Student ieħor Għawdxi, student tal-BCOM, Student Rep u jokkupa Kariga fl-ASCS. 

B’dan it-team aħna ser naċċertaw li nkunu inklussivi, proattivi u ta’ widen għall-istudent, ġej minn fejn ġej.

Inħeġġu, lill-istudenti biex ikunu parti minn din il-kampanja. Fl-aħħar minn l-aħħar, din ser tkun qed ddur mal-ideat tagħhom, sabiex flimkien inkunu nistgħu nagħtu, Kunsill li Jixraq Lilek.”

Facebook Comments