Ftit tal-minuti ilu, l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ħareg stqarrija stampa bit-titlu: “Hemm bżonn ta’ diskussjonijiet miftuħa u wiesgħa bejn l-istakeholders kollha biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-iskejjel tagħna.”
Il-Ä¡imgħa l-oħra l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ sejjaħ laqgħa tal-Kumitat tal-Għaqdiet. Il-Kumitat tal-Għaqdiet isservi bħala spazju għall-għaqdiet tagħna biex jiÄ¡u flimkien, jiddiskutu u flimkien mal-Kunsill ikomplu jwettqu l-ħidma tagħhom għall-benefiÄ‹Ä‹ju taż-żgħażagħ kollha li nirrapreżentaw.
Waqt din il-laqgħa xi wħud mill-membri tal-għaqdiet li huma membri fi ħdan il-Kunsill, qajmu l-punt dwar il-kundizzjonijiet fl-iskejjel tagħna. Bħala parti mid-deÄ‹iżjonijiet li ttieħdu f’dan il-kumitat, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ flimkien mal-għaqdiet li kienu preżenti għal din il-laqgħa qegħdin isejħu biex ikun hemm diskussjonijiet bejn il-gvern, l-MUT u anke mal-organiżazzjonijiet studenteski biex flimkien naslu għal soluzzjonijiet biex b’hekk il-kundizzjonijiet fl-iskejjel tagħna jitjiebu. Diskussjoni bħal din isservi biex issib dak li hu l-aħjar, kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti. B’hekk kulħadd iħossu rrappreżentat u parti mis-soluzzjonijiet li jinstabu.
Facebook Comments