Ftit mill-Istorja:
Jum il-Vitorja, jew Otto Settembre, hija festa pubblika Ä‹Ä‹elebrata f'Malta nhar it-8 ta' Settembru u li tfakkar il-Ä¡rajja ta' żewÄ¡ assedji li saru fuq il-gżejjer Maltin. Din il-Ä¡urnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelid tal-VerÄ¡ni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li tiÄ¡i Ä‹Ä‹elebrata fl-irħula tal-Isla, in-Naxxar u l-Mellieħa f'Malta, u x-Xagħra f'Għawdex.
It-Tmiem tal-Assedju l-Kbir: Fl-1565, wara iktar minn tliet xhur assedju, l-Ottomani li kienu qed jassedjaw lill-Birgu u lill-Isla rtiraw u telqu minn dik ix-xaqliba tal-gżira. Anki jekk il-battalji ma kinux spiÄ‹Ä‹aw, għax kien għad fadal battalja għan-naħat ta' San Pawl il-Baħar, jista' jingħad li dan kien l-aħħar jum tal-Assedju l-Kbir, deskritt bħala fost l-iktar wieħed imdemmi fl-istorja tad-dinja u l-ikbar assedju fl-istorja ta' Malta. Jum qabel it-8 ta' Settembru ta’ dik is-sena, fis-7 ta' Settembru, wasal il-Gran Soccorso, l-għajnuna minn Sqallija għal Malta. Dan kien l-aħħar daqqa għat-Torok.
It-Tmiem tal-attakki fuq Malta tat-Tieni Gwerra Dinija: Fl-1943, l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija, u daret kontra l-Ä ermanja, li preÄ‹edentement kienet alleata tagħha. Dan wassal għat-twaqqif tal-bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, filwaqt li minħabba attivitajiet fit-tramuntana tal-Ewropa, l-Ä ermanja ma baqgħalhiex moħħ il-gżira tagħna. Dan kien iffisser it-tmiem tal-gwerra għall-Maltin.