Il-Festi Maltin — Quo Vadis?

Mal-ftuħ tal-istaÄ¡un tal-festi, irritornat għal darboħra kontroversja sħiħa fuq il-logħob tan-Nar. Permezz tal-internet, diġà inÄ¡abru madwar elfejn firma f’petizzjoni biex jitwaqqfu l-murtali tal-bomba għaliex fl-opinjoni ta’ dawn kollha favur, il-murtali ma huma xejn għajr inutli, ħsara għall-ambjent, għas-saħħa u fuq kollox storbju!

Forsi d-dilettanti tal-kaÄ‹Ä‹a kellhom raÄ¡un jaħsbu li dawk li għandhom għal qalbhom in-nar tal-ajru u tal-art għandhom jivvutaw favur li l-istaÄ¡un tal-kaÄ‹Ä‹a fir-rebbiegħa ma jingħalaqx, fir-referendum f’Marzu tal-2015. L-argument ta’ dawn id-dilettanti Maltin kien li wara l—attakk fuq id-delizzju tagħhom, kien ser imiss lil tan-nar ukoll umbagħad lil tal-baned, u nibqgħu sejrin hekk; katina sħiħa ta’ attakki, sakemm ftit ftit jinqata’ kollox!

Ir-realta’ hi li kull bniedem hu intitolat għall-opinjoni tiegħu u b’hekk huwa importanti li nirrispettaw lil kulħadd; kemm lil min jaqbel ma’ dawn it-tradizzjonijiet u kemm ma’ min irid li jitfa’ dell fuqhom. Madanakollu, interessanti l-fatt li dawn in-nies li jaqblu li l-logħob tan-nar għandu jinqata’ darba għal dejjem, jiddeskrivu din l-arti u t-talent bħala inutli. Donnu dawn lesti jattakkaw il-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin, sempliÄ‹iment għax idejjaqhom l-istorbju jew  għax mhux kapaÄ‹i jifhmu u japprezzaw ix-xogħol u s-sagrifiÄ‹Ä‹ju ta’ ħafna voluntiera li jaħdmu qatiegħ sajf u xitwa biex itellgħu spettaklu brillanti fil-Ä¡imgħa tal-festa. Imma safrattant, qatt ma tisma’ lil xi proxxmu jgerger li għandu ħmistax shutdown f’Santa Marija, jew xi long weekend biex imur erbat ijiem Għawdex fi żmien il-Vitorja. Il-festa f’sens ta’ jum frank ma tantx tinħass inutli għal dawk li mhumiex dilettanti għaliex kulħadd jieħu gost igawdi, iżda mhux kulħadd lest iħalli lil ħaddieħor igawdi frott ħidmietu wkoll.

Il-vera tkun ħasra jekk xi darba naslu f’punt fejn ikollna festa mingħajr logħob tan-nar. Kważi kważi, hi tassew ironika li għandna min irid jaqta’ l-piroteknika f’pajjiżna, meta għandna nies li jiÄ¡u minn barra xtutna u jaffaxxinaw rwieħhom bl-ispettaklu u bil-kapaÄ‹ita’ tal-Maltin u Għawdxin li jirnexxielhom ipinÄ¡u s-sema b’ħafna lwien, forom u disinji. Tassew ironika li nattakkaw din it-tradizzjoni meta għandna kmamar tan-nar f’din in-naqra ta’ gżira f’nofs il-Mediterran, li jiÄ¡u minn ta’ quddiem, saħansitra anke fl-ewwel post, fl-International Fireworks Festival. Tassew ironika li ssib min irid jisraq il-passatemp lil dawn id-dilettanti bl-iskuża tal-istorbju meta għandek ħafna attivitajiet matul is-sena bħall-Air Show, Isle of MTV, parties kbar f’Paceville, Bugibba u Ta’ Qali li ovvjament ma jsirux fi skiet!

Forsi jkun hemm min jgħid li huwa periklu kbir, speÄ‹jalment fid-dawl tal-ħafna vittmi, mibkija u qatt minsija, li ħallsu prezz qares għad-delizzju tagħhom, tant li tilfu ħajjithom fi traÄ¡edji li seħħew fi kmamar tan-nar f’Malta u Għawdex matul is-snin. Iżda wieħed lanqas ma jrid jinsa li maż-żmien, żdiedu bosta r-regolamenti fil-kmamar tan-nar u għalkemm dejjem issib lil xi wħud li kapaÄ‹i jabbużaw minn Ä‹ertu limiti, huma ħafna dawk li jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw irregolamenti f’ħidmiethom. Bla ebda dubju, dawk li jimxu mar-regoli imposti fuqhom iÄ‹anfru lil dawk sħabhom dilettanti li jissfruttaw l-istess regoli, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, l-abbużi ta’ dan il-Ä¡eneru jkomplu jiżirgħu stmerrija fl-imħuħ ta’ dawk kollha li jridu jtemmu t-tradizzjoni.

Il-mistoqsija tberren f’moħħ kulħadd għalissa donnha tibqa’ waħda — Quo Vadis? Huwa żgur li deÄ‹iżjoni fuq suÄ¡Ä¡ett daqshekk kontroversjali ma titteħidx kif Ä¡ieb u laħaq. Madanakollu, huwa żgur ukoll li bħal kwalunkwe namra oħra, l-ebda elfejn firma ma huma ser jitfu l-fjamma fil-qlub tad-dilettanti kbar u żgħar!

 

Ritratt — Daniel Abela — St.Mary Fireworks Factory Ħal-Għaxaq; Malta International Fireworks Festival 2016.

Facebook Comments