Wara s-suÄ‹Ä‹ess ta’ CARMEN IL-MUSICAL ROCK u A WAR TO END ALL WARS, DLS Productions qegħdin iħejju ruħhom għall-ikbar produzzjoni li se jkunu tellgħu s’issa, BELLIEGĦA. Din ser tittella’ fis-16 u fis-17 ta’ Settembru 2016 fi Pjazza Teatru Rjal Ä¡ewwa l-Belt Valletta.
Din il-musical oriÄ¡inali hu bbażat fi żmien il-ħakma tal-forzi Torok, żmien diffiÄ‹li ferm għall-gżejjer Maltin. L-istorja ddur mal-familja Inguanez u t-tlett itfal tagħha, Lucia, Maria u Tinu. Lucia, l-akbar fost ħutha, hi mwiegħda linnobbli Mikiel, minkejja li fil-fond ta’ qalbha hi tkun tħobb lil Ä amri, iben furnar. B’hekk il-familja Inguanez ikollha taffaÄ‹Ä‹ja din is-sitwazzjoni konsegwenza tal-ħwejjeg li jmissu l-qalb. Il-familja ssib lilha nfisha fi kriżi hekk kif Maria u Tinu jisparixxu u jaħsbu li dawn inħatfu mit-Torok, meta fil-verita`, Belliegħa tniżżilhom fil-bir għax hi għatxana għall-eÄ‹Ä‹itament fil-ħajja monotona tagħha. It-tfal isibu lilhom infushom f’dinja taħt l-art, qalb ilkreaturi u mostri Maltin li Ä¡ew minsijin tul iż-żmien, bħall-Babaw, is-Sarangu u s-Saħħara. Jinxteħet dawl fuq is-sigrieti mistura fejn raÄ¡Ä¡ ta’ dawl ifiÄ¡Ä¡, iżda ttfittxija għat-tfal issir il-kaÄ¡un ta’ żbilanÄ‹ u tkisser il-ħitan li jifirdu ż-żewÄ¡ dinjiet.
Din il-produzzjoni, rock musical bi script oriÄ¡inali, hija mżewqa b’mużika ta’ gruppi famużi, bħal Bon Jovi, Pink Floyd, Simon and Garfunkel u ħafna aktar, iffurmata mal-istorja sabiex toħloq rappreżentazzjoni enerÄ¡etika u eÄ‹Ä‹itanti li tiÄ¡bed udjenza mħallta kif ukoll internazzjonali. Din il-produzzjoni hi taħt ilpatronaÄ¡Ä¡ tal-EÄ‹Ä‹ellenza tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.
Dan il-proÄ¡ett jgħaqqad l-isforzi u t-talenti ta’ sittin artist individwali kif ukoll diversi artisti speÄ‹jalizzati f’varjeta` ta’ arti li qegħdin kollha jaħdmu bil-mezzi tagħhom għal skop komuni. Kollaborazzjoni ta’ kittieba, diretturi artistiÄ‹i, artisti viżwali, disinjaturi tal-kostumi u dawl, għalliema tal-kant u ż-żfin, kif ukoll l-aħħar u żgur li mhux l-inqas, individwi b’talent għar-reÄ‹tar, kant, mużika u żfin. Dan il-proÄ¡ett hu amalgamazzjoni ta’arti teatrali, letterarja u viżwali li timpressjona lill-udjenzi.
BELLIEGĦA – ROCKIN’ THE UNDERWORLD, spettaklu għall-familja kollha, ser tiÄ¡i interpretata bl-Ingliż u hija l-istorja tal-fantasija tal-gżejjer Maltin. Ilbiljetti jistgħu jinxtraw minn fuq www.ticketline.com.mt jew billi Ä‹Ä‹empel fuq 79848788. Il-biljetti jiswew €20 u €25.
BELLIEGĦA ser tittella’ bl-għajnuna ta’ RVC Event Services, C.Camilleri & Sons, Besteam Audio, iStage, Hydrolectric, MSV Life, MPM Capital Investments, Centre Operations, Continental Cars, G.Molton, M&Z Marketing Ltd, VIBE FM, DanielM Photography, , VJ Salomone u Microgaming.