7 Ragunijiet ghalfejn tan-Nanna helu manna…

Hafna tfal Maltin, sa minn eta’ zghira, dejjem tarahom jigru man-nanniet. Kemm jekk il-festa tar-rahal, kemm jekk s’ghand tal-haxix jew tal-laham, anke fuq il-bejt biex nghinuha taqla’ l-hwejjeg jew inkella fil-kcina biex nghinuha tahmi xi kejk jew xi torta bhalma taf taghmel hi biss. Donnu d-dar tan-nanna tokkupa post specjali fil-qlub tat-tfal Maltin u dan bir-ragun, galadarba ghandna bosta nanniet helwin…

1. L-ikel tan-nanna

Ma nistax nibda’ minghajr ma nsemmi l-ikel bnin li ssajjar in-nanna. Zgur li mintix sejjer ghand in-nanna u tohrog tittewweb. Tista’ mhux iddum tghidilha li m’ghandekx guh, ghax xorta wahda  ha taghmillek platt imdaqqas mhux hazin, li kapaci jservik ghal  gimgha. Pero’ min jista’ jghid le ghall-ikel li kapaci taghmel nanna  Maltija biss?

 

2. Ismijiet tipici ta’ nanniet Maltin

 Il-probabbilta’ hi li n-nanna jisimha ghall-patrun/a tal-villagg li  twieldet u trabbiet fih. Jekk le, x’aktarx iva milli le, giet imsemmija  ghal ommha jew xi qraba ohra. Nghiduha kif inhi, min  m’ghandux xi nanna Marija, nanna Lonz, nanna Cens, nanna  Karmena, jew nanna Guza?!

 

3. In-nanna bhala t-tieni omm

Nanna Maltija tkun rabbiet xi tnejn jew tliet neputijiet, waqt li  uliedha jkunu qieghdin ix-xoghol. Tmur x’hin tmur ghand in-nanna fi  tfulitek dejjem issib xi erbat itfal jigru jilghabu noli mad-dar. Ghal  hafna Maltin, in-nanna tkun it-tieni omm taghhom.

 

4. In-nanna dejjem tiehu hsiebna

Meta titlaq minghand in-nanna, erhilha tohrog fil-gallarija jew  tohrog rasha mit-tieqa u toqghod ixxejjer sakemm tara li tkun tlaqt,  b’xi whud sahansitra jghidulek iccemplilhom meta tasal id-dar biex  isserrhilhom mohhhom.

 

5. Il-pariri tan-nanna

U l-ghaziza nanna, ma tkunx tipika Maltija jekk ma jaslux mumenti ghal dik il-konverzazzjoni serja  (specjalment jekk inti tfajla) u tghidlek xi frazi bhal:  “ibza’  ghal gismek u ruhek, il-garra gejja u sejra fl-ahhar tinkiser”, jew xi,  “ftakar li Alla jkun qed jarak, u meta tmur tiltaqa’ mal-Hallieq trid  taghmel il-kontijiet mieghu”. Fi kliem iehor nantek m’hi nantek xejn  jekk qatt ma qaltlek tibqa’ vergni sakemm tizzewweg.

 

6. Ghandek xi wiehed?  

Minkejja kollox,  in-nanna Maltija thoss li malli n-neputija taghlaq  dawk il-hmistax-il sena, ghandu jkollok ’namrat’. Allura irhila ssaqsi u  titkixxef biex tkun taf ghandekx xi wiehed jew wahda. Jekk tghidilha  li ghandek, kun certa li ha ssaqsik elf  mistoqsija dwar ir-razza u r-radika, filwaqt li jekk tghidilha li le probabilment tahseb li ghedtilha  hekk sempliciment ghax tisthi u mhux ghax vera m’ghandek lil  hadd.

 

7. Il-priedki tan-nanna  

 Ma jistax jonqos milli nsemmi li n-nanniet Maltin religjuzi mmens.  Quddiesa kemm jista’ jkun kuljum, Angelus f’nofsinhar, ruzarju,  talba qabel kull ikla, talba ohra wara ta’ ringrazzjament, u xi elf  talba ohra dedikati lill-qraba kollha li ghandha fis-sema. Ta’ sikwit  twissik li hazin qed taghmel ma titlobx u ma tmurx titqarben.

 

Imma msomma, fl-ahhar mill-ahhar dawn in-nanniet helwin wisq…Hadd ma jiehu post in-nanna Maltija!  

Facebook Comments
About Kristy Schembri 4 Articles
Kristy is currently reading for a degree in European Studies with Anthroplogy. She describes herself as an outgoing, adventurous person who is always willing to try new things. One of her biggest passions is the unappreciated Maltese language in particular its literature. Her dream is to start a travel blog and visit each and every country in the world as she truly believes in the quote, "The world is a book, and those who do not travel read only a page".