Hafna tfal Maltin, sa minn eta’ zghira, dejjem tarahom jigru man-nanniet. Kemm jekk il-festa tar-rahal, kemm jekk s’ghand tal-haxix jew tal-laham, anke fuq il-bejt biex nghinuha taqla’ l-hwejjeg jew inkella fil-kcina biex nghinuha tahmi xi kejk jew xi torta bhalma taf taghmel hi biss. Donnu d-dar tan-nanna tokkupa post specjali fil-qlub tat-tfal Maltin u dan bir-ragun, galadarba ghandna bosta nanniet helwin…
1. L-ikel tan-nanna
Ma nistax nibda’ minghajr ma nsemmi l-ikel bnin li ssajjar in-nanna. Zgur li mintix sejjer ghand in-nanna u tohrog tittewweb. Tista’ mhux iddum tghidilha li m’ghandekx guh, ghax xorta wahda ha taghmillek platt imdaqqas mhux hazin, li kapaci jservik ghal gimgha. Pero’ min jista’ jghid le ghall-ikel li kapaci taghmel nanna Maltija biss?
2. Ismijiet tipici ta’ nanniet Maltin
Il-probabbilta’ hi li n-nanna jisimha ghall-patrun/a tal-villagg li twieldet u trabbiet fih. Jekk le, x’aktarx iva milli le, giet imsemmija ghal ommha jew xi qraba ohra. Nghiduha kif inhi, min m’ghandux xi nanna Marija, nanna Lonz, nanna Cens, nanna Karmena, jew nanna Guza?!
3. In-nanna bhala t-tieni omm
Nanna Maltija tkun rabbiet xi tnejn jew tliet neputijiet, waqt li uliedha jkunu qieghdin ix-xoghol. Tmur x’hin tmur ghand in-nanna fi tfulitek dejjem issib xi erbat itfal jigru jilghabu noli mad-dar. Ghal hafna Maltin, in-nanna tkun it-tieni omm taghhom.
4. In-nanna dejjem tiehu hsiebna
Meta titlaq minghand in-nanna, erhilha tohrog fil-gallarija jew tohrog rasha mit-tieqa u toqghod ixxejjer sakemm tara li tkun tlaqt, b’xi whud sahansitra jghidulek iccemplilhom meta tasal id-dar biex isserrhilhom mohhhom.
5. Il-pariri tan-nanna
U l-ghaziza nanna, ma tkunx tipika Maltija jekk ma jaslux mumenti ghal dik il-konverzazzjoni serja (specjalment jekk inti tfajla) u tghidlek xi frazi bhal: “ibza’ ghal gismek u ruhek, il-garra gejja u sejra fl-ahhar tinkiser”, jew xi, “ftakar li Alla jkun qed jarak, u meta tmur tiltaqa’ mal-Hallieq trid taghmel il-kontijiet mieghu”. Fi kliem iehor nantek m’hi nantek xejn jekk qatt ma qaltlek tibqa’ vergni sakemm tizzewweg.
6. Ghandek xi wiehed?
Minkejja kollox, in-nanna Maltija thoss li malli n-neputija taghlaq dawk il-hmistax-il sena, ghandu jkollok ’namrat’. Allura irhila ssaqsi u titkixxef biex tkun taf ghandekx xi wiehed jew wahda. Jekk tghidilha li ghandek, kun certa li ha ssaqsik elf mistoqsija dwar ir-razza u r-radika, filwaqt li jekk tghidilha li le probabilment tahseb li ghedtilha hekk sempliciment ghax tisthi u mhux ghax vera m’ghandek lil hadd.
7. Il-priedki tan-nanna
Ma jistax jonqos milli nsemmi li n-nanniet Maltin religjuzi mmens. Quddiesa kemm jista’ jkun kuljum, Angelus f’nofsinhar, ruzarju, talba qabel kull ikla, talba ohra wara ta’ ringrazzjament, u xi elf talba ohra dedikati lill-qraba kollha li ghandha fis-sema. Ta’ sikwit twissik li hazin qed taghmel ma titlobx u ma tmurx titqarben.
Imma msomma, fl-ahhar mill-ahhar dawn in-nanniet helwin wisq…Hadd ma jiehu post in-nanna Maltija!